Wednesday, December 25, 2024

SPAR Malta tospita s-67 Kungress Internazzjonali ta’ SPAR

Aqra wkoll

Ingħata bidu għas-67 Kungress Internazzjonali ta’ SPAR fiċ-Ċentru tal-Konferenzi ġewwa il-Hilton f’San Ġiljan. Dan huwa l-akbar avveniment fi ħdan il-kumpanija ta’ supermarkets internazzjonali  SPAR, li għalih jattendu shareholders, sidien, u nies eżekuttivi min-netwerk internazzjonali ta’ SPAR minn madwar 49 pajjiż.

SPAR International  wasal Malta fl-2018 permezz ta’ Azzopardi Group. Din il-kollaborazzjoni wasslet għal tkabbir sinifikanti għal SPAR Malta, li issa topera 10 ħwienet, inkluż INTERSPAR, EUROSPAR, u SPAR Supermarkets, kif ukoll ħwienet ta’ konvenjenza ta’ 24 siegħa bħala SPAR Express.

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri fetaħ dan il-kungress u tkellem dwar kif din il-kumpanija globali qed tevolvi. Il-ministru tkellem dwar id-diffikultajiet li dan is-settur iffaċċja fl-aħħar żmien kkawżati mill-pandemija u kunflitti internazzjonali li wasslu għal żieda qawwija fl-inflazzjoni fuq diversi prodotti tal-Ikel.

“Bħala Gvern ma stennejniex  li l-problema tissolva waħidha, imma flimkien mal-importaturi u sidien tal-ħwienet wasalna għall-patt soċjali storiku, Stabbiltà, fejn qed naraw il-prezz ta’ madwar 450 prodott tal-ikel jibqa’ stabbli sa’ Ottubru li ġej, b’aktar serħan il-moħħ għall-familji. Nirringrazzja lis-settur privat li kien warajna f’din l-inizjattiva li mingħajrhom ma setgħetx tirnexxi. Ftehim li permezz tiegħu qed naraw l-inflazzjoni ta’ diversi prodotti tal-ikel tonqos,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

Ekonomija

Sport