Friday, May 17, 2024

Sta Lucia b’rebħa drammatika fuq Zebbug Rangers

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Santa Lucia………2

Zebbug R…………1

Santa Lucia ħallew għall-aħħar biex għelbu lil Zebbug Rangers bl-iskor ta’ 2-1.

Il-Luċjani fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu wara biss 20 sekonda meta ROBERT BAIRAM kellu xutt sabiħ li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tar-Rangers, Jamie Azzopardi.

Fis-36 minuta, l-istess Bairam ta l-illużjoni tal-goal meta kellu xutt dijagonali li ħabat max-xibka minn barra.

Fil-50 minuta Almir de Jesus Maldonado għal Zebbug kellu tentattiv imblukkat bi bravura mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Matthew Calleja Cremona.

Mas-siegħa logħob Zebbug ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ corner dirett mogħti minn ROBERTO ENRIQUE SANCHEZ, li qarraq għal kollox b’Matthew Calleja Cremona, bil-ballun jintemm ġewwa.

U proprju fid-90 minuta, Santa Lucia, skorjaw il-goal tar-rebħa meta s-sostitut JAMIE CARBONE li kien ilu biss ħames minuti fil-ground, ikkontrolla tajjeb il-ballun, qabeż lill-player avversarju b’eleganza u permezz ta’ xutt fil-baxx, għeleb lil Azzopardi.

Dan sabiex mumenti biss wara, id-difensur ta’ Zebbug, Wilker Rocha Santos, tkeċċa mir-referee Darryl Agius, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

Santa Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Yoel Soares Fonesca, 6-Nicholas Pulis, 8-Robert Bairam, 9-Robert Hehedosh (27-Miguel Angel Alba 46), 10-Liam Bah-5 (21-Jamie Carbone 85), 14-Dexter Xuereb, 17-Jurgen Pisani, 20-Francisco Farias, 24-Rodolfo Soares, 28-Yevheni Terzi Coach: Vincenzo Potenza

Zsebbug R.: 1-Jamie Azzopardi, 3-Shaun Bugeja (20-Jordan Sciberras 80), 4-Leandro Almeida, 6-Wilker, 8-Ayrton Mizzi (16-Randall Vella 86), 10-Stefan Jankovic, 11-Charles Lokoli Ngoy, 15-Enrique Sanchez, 17-Jeferson (21-Stanimir Miloskovic 72), 18-Almir Maldonado (23-Kurt Bondin 86), 22-Joseph Gesualdi Coach: Brian Spiteri

Referee Darryl Agius

Ass. Referees: Edward Spiteri, Max-Lee Muscat

Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann

Skorers: R. Bairam 1, J. Carbone 90 (SL), R. E. Sanchez 60 (Z)

Tkeċċa: Wilker 90 (Z)

Ammoniti: A. Maldonado, Wilker (2), R. Vella (Z), L. Bah, Y. Terzi, N. Pulis (SL)

Player tal-Logħba: Robert Bairam (SL)

Sport