Monday, December 23, 2024

Sta Lucia jaħsdu lil Birkrikara

Aqra wkoll

Birkirkara ………1

Sta Lucia ………..2

Santa Lucia ħasdu lil Birkirkara meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva li tħallihom jissieltu għas-salvazzjoni. 

Il-Luċjani fetħu l-iskor fil-21 minuta meta wara li rċieva minn cross ta’ Moracci,TATSURO NAGAMATSU kkontrolla tajjeb u mill-viċin xeħet fix-xibka.

Iżda Birkirkara wettqu reazzjoni tajba u tliet minuti biss wara ġabu l-iskor indaqs meta ANDREI CIOLACU mill-viċin mattar siequ biex kompla l-ballun għal ġewwa.

Fl-41minuta Santa Lucia reġgħu qalbu l-iskor favur tagħhom permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ ALESSIO PIAZ­ZA, bil-ballun jaħbat mal-mimduda qabel intemm gewwa.

Fil-50 minuta Birkirkara kellhom free-kick insidjuż mogħti minn Maxuell Maia li għadda ftit barra, biex żewġ minuti Andrea Zammit kellu t-tentattiv tiegħu mdawwar f’corner mill-goalkeeper tal-Luċjani, Da Paz.

Fl-aħħar sekondi, daqqa ta’ ras mill-viċin tal-captain Enrico Pepe għall-Istripes sabet lill-goalkeeper Da Paz attent biex salva tajjeb mill-viċin.

Birkirkara: 1-Marcel Zaptowski, 5-Enrico Pepe, 10-Andrea Zammit, 11-Kurt Zammit (7-Adailton Queiroz de Jesus 61), 20-Alex Satariano (22-Matteo Gambin 83), 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Alessandro Coppola, 42-Simon Zibo, 77-Ali Diakite (70-Omar Elouni 92), 91-Maxuell Maia, 99-Andrei Ciolacu Coach: Brian Chetcuti

Sta Lucia: 12-Francisco Celio Da Paz, 3-Mattias Ellul (8-Abraham Temitope 61), 7-Steve Pisani (29-Jed Valletta 87), 10-Tatsuro Nagamatsu (27-Alessio Piazza 25), 15-Adam Bradshaw (55-Sven Xerri 87), 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdja, 20-Gonzalo Nicolas Virano, 21-Fabian Moracci Santiago, 33-Patrick De Oliveira Ramos, 80-Evandro Pinto Gomes Coach: Alessandro Zinnari

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Luke Portelli, Kurt Saliba

Raba’ Uffiċjal: Daniel Casha

Skorers: T. Nagamatsu 21, A. Piazza 41 (SL), A. Ciolacu 24 (G)

Ammoniti: M. Ellul, A. Piazza (SL)

Player tal-Logħba: Francisco Da Paz Silva (SL) 

Ekonomija

Sport