Friday, July 26, 2024

Serb li wasal Malta bil-katamaran mixli b’importazzjoni ta’ droga

Aqra wkoll

Serb ta’ 36 sena li jgħix il-Wardija nżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli bl-importazzjoni tad-droga kannabis.

L-imputat, Nemanja Bozin, kien arrestat mal-wasla tiegħu f’Malta minn Pozzallo nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar. 

L-uffiċjali tad-Dwana kien ġiehom suspett f’karozza li fiha kien hemm l-imputat u waqt tfittxija li saret fiha nstabu diversi pakketti bid-droga.

Huma infurmaw minnufih lill-Pulizija, li arrestaw lir-raġel u ressquh quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia. Bozin kien mixli b’pussess, importazzjoni u assoċjazzjoni għal skop ta’ traffikar.

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u John Leigh Howard.

Ekonomija

Sport