Wednesday, July 24, 2024

Fotografu Malti rikonoxxut bħala ‘Wedding Photographer of the Year’ fl-Ingilterra

The Society of Photographers tagħżel ir-ritratt ta’ Mario Vassallo

Aqra wkoll

“Ma naħsibx li hemm mod aħjar kif nibda s-sena. Kuntent ħafna kemm minħabba din il-kisba personali, iżda anke minħabba l-fatt li minn fost daqstant fotografi rinomati, kellu jkun Malti li jirbaħ dan l-unur”. Hekk beda biex jikkummenta ma’ dan is-sit il-fotografu Malti Mario Vassallo fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-aħbar li kien ġie magħżul mill-Assoċjazzjoni ‘The Society of Photographers’ bħala l-‘Wedding Photographer of the Year’ f’ċerimonja li ttellgħet f’Londra l-Ġimgħa li għaddiet.

Fl-istadju ta’ qabel is-serata finali, il-ġurija nnominat tliet ritratti f’kull kategorija, biex minn fosthom għażlet l-aqwa fis-serata finali.

Il-fotografu Malti kien ġie nominat fil-kategorija tat-tiġijiet b’ritratt mimli emozzjonijiet imħallta filwaqt li rnexxielu jħalli l-attenzjoni kienet baqgħet fuq l-għarus.

“Kif jgħidu, b’umiltà dejjem ibqa’ b’rasek merfgħuha u xi darba tasal. Għalija din hija ħolma li saret realtà imma li ċertament titlob li naħdem aktar biex nibqa’ nagħti l-aqwa servizz possibbli lill-klijenti”, temm jgħidilna Vassallo.

Ekonomija

Sport