Sunday, December 22, 2024

Sta Lucia jegħlbu lil Gzira Utd u jibqgħu jittamaw

Aqra wkoll

Sta Lucia ……….2

Gzira United ….1

Sta Lucia għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-1 biex baqgħu jitta­maw għas- salvazzjoni filwaqt li kkumplikaw is-sitwazzjoni fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

Jekk fil-logħba li jmiss jegħlbu lil Birkirkara huma jaċċertaw mis-salvazzjoni hekk kif jinsabu punt fuq Mosta.

Il-Luċjani kellhom bidu mill-aqwa minħabba li wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor permezz ta’ xutt minn madwar 40 metru minn CARLOS DE OLIVEIRA li ħasad għal kollox lill-goalkeeper tal-Maroons, Darijan Zarkov.

Gzira wieġbu fl-14-il minuta b’xutt mid-distanza ta’ Gabriel Bohrer Mentz  li ġie salvat parzjalment mill- goalkeeper, Francisco Celio da Paz Silva, biex mir-rebound Jackson Mendoza bir-ras tefa’ barra.

Huma komplew jippressaw u tliet minuti wara Thaylor Aldama kellu xutt insidjuż li ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper Da Paz.

Fil-31 minuta, il-Luċjanireġgħu ħolqu l-periklu meta Aleksa Mrdja avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jaħbat max-xibka minn barra biex b’hekk ta l-illużjoni tal-goal.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u sekondi biss wara rebħu penalty meta Farid Romero Zuniga waqqa’ lil Aleksa Mrdja fil-kaxxa.

Mill-11-il metru.  CARLOS DE OLIVEIRA ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu fil-baxx tefa’ l-ballun wara Zarkov, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

It-tieni taqsima kienet ferm nieqsa mill-emozzjoni, tant li l-ewwel azzjoni denja ta’ nota tkun proprju dik li waslet għall-goal ta’ Gzira fil-85 minuta, li permezz tiegħu naqsu l-marġni tal-iskor, meta DACOSTA BOADU minn rebound minn taħt il-lasti ddepożita l-ballun fix-xibka.

Gzira tefgħu kollox fuq l-attakk fit-tentattiv li jagħmlu l-iskor indaqs, iżda l-Luċjani baqgħu jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita … biex b’hekk baqgħu jittamaw. 

Sta Lucia: 12-Francisco Celio Da Paz Silva, 6-Daniel Letherby (8-Temitope Abraham 56), 7-Steve Pisani, 10-Tatsuro Nagamatsu (11-Lucas Sena Silva 90), 14-Dexter Xuereb, 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdja, 22-Carlos Gabriel Moreira Da Silva (80-Evandro Pinto Gomes 64), 27-Alessio Piazza (9-Gabriel Mensah 90), 33-Patrick Ramos De Oliveira, 55-Sven Xerri – Coach: Alessandro Zinnari

gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Filho Conceicao, 3-Gariel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula, 19-Kyle Cameron Walter Spence, 20-Farid Romero Zuniga (4-Andrew Borg 46), 21-Zachary Cassar (74-Dacosta Boadu 88), 98-Jackson Mendoza (23-Ewertton 36)   – Coach: An­d­rew Cohen

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: C. G. Moreira De Olivera 2, 32 pen. (SL), D. Boadu 85 (GU) 

AMMONITI: F. R. Zuniga, Z. Scerri (GU), D. Letherby (SL)

Ekonomija

Sport