Saturday, December 21, 2024

Stagno Navarra bit-tielet talba għal investigazzjoni fil-konfront ta’ Karol Aquilina

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dalgħodu il-ġurnalist u preżentatur televiżiv Karl Stagno Navarra ippreżenta t-tielet talba għal investigazzjoni mill-Kummissarju ghall-iStandards fil-Ħajja Pubblika Dr George Hyzler, fejn talbu jwessa’ l-investigazzjoni tal-Uffiċċju tiegħu fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.

Stagno Navarra saħaq li Aquilina għandu jiġ investigat mhux biss fuq aġir abbużiv fil-konfront tal-Pulizija iżda anke wkoll fuq allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni.

Stagno Navarra qal li l-aħħar żviluppi jindikaw li d-Deputat Nazzjonalista allegatament ibbenefika minn “kanċellazzjoni” ta’ charges serji li saħansitra jġorru maghhom piena ta’ ħabs u multa kbira.

Stagno Navarra żied jallega li Aquilina bbenefika mill-“kanċellazzjoni” permezz ta’ Spettur tal-Pulizija li jinsab sospiż b’rabta mal-inkjesta maġisterjali dwar allegati irregolaritajiet fis-sezzjoni tat-traffiku tal-Pulizija.

Stagno Navarra temm jitlob għar-riżenja minnufih ta’ Aquilina.

Ekonomija

Sport