Friday, December 13, 2024

Staġun mitmum għal Federico Chiesa

Aqra wkoll

Juventus ikkonfermaw li l-istilla tagħhom Federico Chiesa sofra injury fil-cruciate ligament cruciate kontra Roma u se tkun qed issirlu operazzjoni fil-jiem li ġejjin.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena dalgħodu kellu eżamijiet mediċi fil-J Medical u Juventus issa kkonfermaw li weġġa’ serjament.

“L-eżamijiet li saru fil-J Medical ikkonfermaw tiċrita tal-cruciate ligament,” qalet l-istqarrija ta’ Juventus.

“Se jkun meħtieġ li jintervjeni b’kirurġija fil-jiem li ġejjin.”

Dalgħodu, l-internazzjonali Taljan wasal fil-klinika privata ta’ Juventus, akkumpanjat minn missieru u l-ex attakkant tas-Serie A, Enrico.

L-istaġun ta’ Chiesa spiċċa u għalhekk il-player se jerġa’ lura għall-azzjoni fl-istaġun 2022-23 u għalhekk se jkun qed jitlef ukoll il-play-offs tat-Tazza tad-Dinja tal-Italja f’Marzu.

Chiesa skorja żewġ gowls u pprovda tliet assists f’14-il dehra tas-Serie A dan l-istaġun.

Huwa kien ingħaqad ma’ Juventus mingħand Fiorentina fl-2020 fuq ftehim inizjali ta’ self b’obbligu li jinxtara.

Juventus se jħallsu sa €60m, inklużi bonuses, biex jassiguraw is-servizzi tiegħu.

Ekonomija

Sport