Wednesday, April 24, 2024

Twieldet b’toqba f’qalbha… tiċċelebra 10 snin minn meta għamlet operazzjoni li salvatilha ħajjitha

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ftit tal-jiem ilu, eżattament fil-5 ta’ Jannar, għal familja ġewwa Liverpool dan il-jum kien wieħed iktar speċjali minn oħrajn hekk kif kienu qed jiċċelebraw l-10 anniversarju minn meta binthom għamlet operazzjoni li salvatilha ħajjiitha.

Izabelle Toole twieldet wara 34 ġimgħa ġewwa sptar f’Liverpool tiżen 1.67kg.

Għall-bidu kollox deher tajjeb iżda ċ-ċkejkna beda jkollha diffikultajiet biex tieħu n-nifs u qattgħet l-ewwel ftit jiem ta’ ħajjitha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Il-ġenituri tagħha Elanor u James minn Liverpool, Merseyside, stqarru li ma kienx mument faċli meta t-tobba qalulhom li kellha bżonn operazzjoni f’qalba minħabba kundizzjoni li tissejjaħ ‘ventricular septal defect’ li jfisser li kellha toqba f’qalbha.

It-tobba qalulhom li kellha bżonn tagħmel operazzjoni qabel ma ċ-ċkejkna tagħlaq sentejn u l-ġenituri ħasbu li l-aħjar ħaġa kienet li tagħmilha mal-ewwel u fil-fatt Izabelle kellha biss sitt xhur meta għamlet din l-operazzjoni li tista’ tgħid tassew kienet kruċjali biex issalvalha ħajjitha. 

Il-familja qalet li għadha qed tipproċessa t-trawma li għaddew minnha u trid tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tar-riċerka.

Missierha ddeskriva lit-tifla tagħhom, li llum għandha għaxar snin, bħala persuna meraviljuża u ferħana, bil-ħolma tagħha li ssir make-up artist.

Sport