Tuesday, April 23, 2024

Sena pożittiva għall-EPA… minn ċikli li saru matul is-sena li għaddiet kien hemm 41 tqala

Aqra wkoll

L-2021 kienet sena pożittiva għall-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijuni – EPA, fejn jidher li minn ċikli li saru matul is-sena li għaddiet kien hemm 41 tqala, li huwa ferm għola mill-ammont ta’ tqaliet li kien hemm fl-2020.

Matul is-sena li għadha kif għaddiet, l-awtorità mhux biss ġiet rilokata għal binja ġdida biex tilqa’ aħjar l-esiġenzi tagħha, iżda nkisbu wkoll numru ta’ riżultati sbieħ.

Waqt li żar il-binja l-ġdida tal-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijuni f’Ħal Luqa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rringrazzja lill-bord kollu u l-istaff tal-awtorità għall-ħidma tagħhom.

Barra minn hekk, il-European Atlas of Fertility Treatment Policies, li huwa ffurmat mill-Kummissjoni Ewropea, l-ESHRE (European Society for Human Reproduction and Embryology), kif ukoll Fertility Europe (l-Assoċjazzjoni tal-Pazjenti), ikklassifika lil Malta bħala ‘very good’ b’71% fl-istess kategorija tal-Ingilterra, l-Isvezja, Spanja, il-Finlandja u d-Danimarka, fost l-oħrajn. Malta saħansitra ġiet ikklassifikata qabel pajjiżi li ilhom joffru dan is-servizz għal ħafna snin, fosthom il-Ġermanja, l-Italja, l-Awstrija, Ċipru u l-Irlanda.

Sport