Friday, May 3, 2024

Stan il-kelb tad-Dwana jwassal biex jinqabdu 84 għasfur ibbalzmat

Aqra wkoll

Erbgħa u tmenin għasfur ibbalzmat ġew elevati wara li nstabu f’pakkett fil-faċilità tas-sorting ta’ MaltaPost. Kien Stan, il-kelb mit-Taqsima tad-Dwana li rnexxielu jsib l-għasafar ibbalzmati waqt li kien qed ifittex għal oġġetti illeċti li setgħu waslu f’pajjiżna permezz tal-posta.

Kien proprju waqt li kien qed jiċċekkja l-pakketti li Stan indika pakkett kbir. Il-pakkett sussegwentement infetaħ mill-uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fil-faċilità ta’ MaltaPost, bil-kontenut tiegħu jkun jikkonsisti minn 84 għasfur ibbalzmat imgeżwrin fit-tejp.

B’din is-sejba ġew informati l-uffiċjali tal-ERA li qed ikomplu bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Sport