Jidher li Hamrun Spartans jistgħu jkunu kostretti jfittxu kowċ ġdid fil-jiem li ġejjin hekk kif Stefano Sanderra possibilment mhuwiex f’pożizzjoni li jkompli jmexxi lit-tim minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Huwa mifhum li s-sitwazzjoni qed tiġi evalwata b’attenzjoni, filwaqt li l-amministrazzjoni qed issegwi l-iżviluppi qabel tieħu xi tip ta’ deċiżjoni.
Sanderra kien inħatar kowċ ta’ Hamrun Spartans ftit tal-ġimgħat ilu, meta ħa post Giacomo Modica wara t-tmiem tal-avventura tiegħu mal-klabb. L-esperjenza tiegħu fil-futbol Malti u Taljan kienet meqjusa bħala pass importanti għall-Ispartans, iżda issa jidher li ċ-ċirkostanzi tas-saħħa tiegħu jistgħu jwasslu għal bidla oħra fuq il-bank tekniku.
Jekk din is-sitwazzjoni tiġi kkonfermata, Hamrun Spartans mistennija jibdew il-proċess biex jidentifikaw suċċessur li jkun jista’ jmexxi lit-tim matul l-istaġun li se jibda fi ftit jiem oħra.




