Monday, May 20, 2024

Steffen Effenberg: M’hemmx leaders ma’ Bayern Munich

Aqra wkoll

Bayern Munich jinsabu fi kriżi kbira wara li tilfu l-konfront dirett għar-rebħ tal-kampjonat kontra Bayer Leverkusen fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

F’dan ir-rigward tkellem l-eks captain tat-tim mill-Bavarja, rebbieħ tal-UEFA Champions League fl-2001 Stefan Effenberg li ammetta li fit-tim m’hemmx plejers li għandhom il-personalita’ tajba biżżejjed biex imexxu lit-tim. Hu qal li jonqos dak il-leader li jagħti motivazzjoni lill-plejers u jekk ma jkollokx dak l-element hu diffiċli li tirbaħ sfidi bħal dawn.

Sadanittant, rapporti f’diversi gazzetti Ġermaniżi qed jgħidu li hemm diversi plejers ta’ Bayern Munich li jinsabu kontra qalbhom ma’ dan il-klabb u qed jistennew l-aħħar tal-istaġun sabiex imorru ma’ tim ieħor.

Sport