Sunday, November 10, 2024

Stennija għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-1 ta’ Mejju… fosthom id-diskors tal-Prim Ministru

Aqra wkoll

Kollox jinsab lest biex għall-ħabta tas-2.00pm jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-1 ta’ Mejju li l-Partit Laburista se jkun qiegħed jorganizza l-Belt Valletta.

Il-qofol ta’ dawn il-festi se jintlaħaq tard waranofsinhar hekk kif il-Mexxej Laburista u Prim Ministru Robert Abela se jkun qiegħed jindirizza mass meeting.

Intant l-ispettaklu se jibda fis-2.00pm meta l-banda tal-Partit Laburista se tkun qed iddoqq marċi brijjużi mat-toroq tal-kapitali.

Imbgħad fis-2.30pm se jibda l-ispettaklu fuq il-palk li se jkun armat fil-pjazza ta’ quddiem il-Parlament. L-ispettaklu se jkun ippreżentat minn Clint Bajada, Joe Tanti u Alfred Zammit biex imbgħad aktar tard jingħaqdu magħhom DJs Bjorn Bonnett u Ryan Spiteri.

Fost il-kantanti li se jkun hemm waqt dan l-ispettaklu kbir se naraw lil Tiziana Calleja, Ritienne Azzopardi, Kylie Coleiro, Petra Zammit, Klinsmamm Coleiro, Mike Spiteri, Fabrizio Faniello, Lawrence Gray u ma jistax jonqos li naraw lil Mary Spiteri.

It-tim tal-Partit Laburista li qed jorganizza dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ħaseb biex madwar il-Belt Valletta jkun hemm diversi attivitajiet għaddejjin fosthom wirja ta’ karozzi u anke logħob għat-tfal.

Sport