Wednesday, March 26, 2025

Steve Patterson jirbaħ il-Laferla Cup

Aqra wkoll

Il-golfer Skoċċiż Steve Patterson rebaħ il-Laferla Trophy, kompetizzjoni li ġiet organizzata mir-Royal Malta Golf Club fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Patterson irnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Bryan Peterkin u Andrew Naudi li ġew fit-tieni u t-tielet post rispettivament segwiti minn Matthew Mangion u Zhetang Zhang.

Sadanittant f’kompetizzjoni oħra bl-isem ta’ Laferla 36, kien Phil Denton li ħareġ rebbieħ li għalkemm ġab l-istess skor ta’ 74 daqs Eugene McCooey, hu kellu punteġġ superjuri b’mod kumplessiv. Fl-istess waqt, David Zammit Tabona ġie fit-tielet post.

Fi tmiem il-kompetizzjoni, id-direttur maniġerjali ta’ Laferla Insurance Keith Laferla ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa fil-preżenza tal-captain tar-Royal Malta Golf Club Stewart Davies.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport