Tħabbret il-mewt fl-età sabiħa ta’ 100 sena ta’ Priscilla Pointer, stilla tas-serje televiżiva ferm popolari fit-tmenijiet “Dallas”. L-attriċi Ħoliwodjana kellha r-rwol tal-omm ta’ żewġ karattri prinċipali f’din is-soap opera li kienet anke popolari f’Malta.
L-aħbar tal-mewt ta’ Pointer ingħata fuq Instagram minn bintha Amy Irving li hija wkoll attriċi u kienet miżżewwġa lil Steven Spielberg bejn l-1985 u l-1989.