Saturday, December 28, 2024

Stmat li l-gwerra fl-Ukrajna diġà ħalliet 200,000 suldat vittma

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ġeneral anzjan tal-Istati Uniti qed jistma li madwar 100,000 suldat Russu u 100,000 suldat Ukren mietu jew indarbu fil-gwerra fl-Ukrajna. 

Mark Milley, Chairman tal-Joint Chiefs of Staff tal-Istati Uniti, issuġġerixxa wkoll li madwar 40,000 persuna ċivili mietu f’dan il-kunflitt. 

Dawn iċ-ċifri huma l-ogħla offruti s’issa minn uffiċjal tal-Punent. Iżda huwa osserva sinjali li Kyiv kienet lesta terġa’ tidħol Moska u toffri “tieqa” ġdida għan-negozjati.

Fl-aħħar jiem, l-Ukrajna wriet ir-rieda li żżomm xi diskussjonijiet ma’ Moska, wara li l-President Volodymyr Zelensky talab li l-President Russu Vladimir Putin għandu jitneħħa mill-poter qabel jerġgħu jibdew in-negozjati. 

Meta kien qed jitkellem fi New York, Milley qal li biex kwalunkwe taħditiet ikunu ta’ suċċess, kemm ir-Russja kif ukoll l-Ukrajna għandhom jaslu għal “rikonoxximent reċiproku” li rebħa fil-gwerra “forsi ma tkunx tista’ tinkiseb permezz ta’ mezzi militari, u għalhekk trid tirrikorri lejn mezzi oħra.

Dan l-uffiċjal għoli, li jservi bħala l-aktar konsulent militari anzjan tal-President Joe Biden, qal li l-għadd ta’ persuni feruti jew mejta, jista’ jikkonvinċi kemm lil Moska kif ukoll lil Kyiv dwar il-ħtieġa li jinnegiozjaw fix-xhur li ġejjin, meta l-ġlied jonqos minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp kiesaħ. 

“Qed tħares lejn aktar minn 100,000 suldat Russu maqtula jew midruba,” qal Milley. “L-istess ħaġa probabbilment fuq in-naħa tal-Ukrajna.”

L-aħħar aġġornament minn Moska f’Settembru kien qal li 5,937 suldat biss inqatlu mill-bidu tal-kunflitt, bil-Ministru tad-Difiża Sergei Shoigu jwarrab rapporti li l-għadd ta’ mwiet kien ferm għoli. Iċ-ċifri ta’ Milley iżda huma ferm ogħla.

L-Ukrajna, fil-parti l-kbira żammet ukoll lura milli tagħti ċ-ċifri ta’ kemm mietu persuni f’dan il-kunflitt. F’Awwissu, il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, Valeriy Zaluzhniy kien ikkwotat jgħid lill-midja Ukrena li sa dakinhar kienu mietu 9,000 suldat Ukren. 

“Kien hemm ammont kbir ta’ tbatija, tbatija umana,” qal il-Ġeneral Milley. Huwa nnota wkoll li ħolqu bejn 15 u 30 miljun refuġjat minn meta bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna fl-24 ta’ Frar.

Ekonomija

Sport