Tuesday, December 24, 2024

Stqarrija minn Tottenham wara li partitarju ta bis-sieq lill-goalkeeper ta’ Arsenal fit-telfa ta’ 2-0

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur ħarġu stqarrija fejn ikkonfermaw li se tittieħed azzjoni “fil-massimu tagħha” wara li partitarju ta daqqa ta’ sieq lill-goalkeeper ta’ Arsenal Aaron Ramsdale fi tmiem id-derby tat-tramuntana ta’ Londra.

Arsenal spiċċaw rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 fit-Tottenham Hotspur Stadium grazzi għal auto-goal tal-goalkeeper Hugo Lloris u Martin Odegaard. 

Wara t-tisfira finali, l-affarijiet ħadu xejra pjuttost ħażina hekk kif is-sostitut Richarlison ikkonfronta lil Ramsdale waqt li l-goalkeeper kien qed ibus il-badge ta’ Arsenal quddiem il-partitarji ta’ Spurs. In-numru wieħed tal-Gunners, meta mar biex jiġbor il-flixkun tal-ilma u x-xugaman tiegħu minn wara l-lasta, huwa ġie kkonfrontat minn partitarji rrabjata ta’ Spurs, b’wieħed minnhom jaqbeż il-board tar-reklami u jagħti daqqa ta’ sieq lill-istess Ramsdale. 

L-istqarrija maħruġa fuq il-websajt dwar dan l-inċident kienet tgħid:

“Ninsabu diżappuntati bl-imġieba ta’ partitarju li pprova jattakka lill-goalkeeper ta’ Arsenal, Aaron Ramsdale, fi tmiem il-partita. Il-vjolenza f’kull forma m’għandhiex post fil-football.

“Il-club irreveda l-filmati CCTV tiegħu biex jidentifika lill-partitarju u se jkun qed jaħdem mal-pulizija ċentrali, mal-club ta’ Arsenal u ma’ Ramsdale nnifsu biex tittieħed l-akbar azzjoni possibbli, inkluż sospensjoni mmedjata milli jattendi l-logħbiet f’Tottenham Hotspur Stadium.”

Ekonomija

Sport