Wednesday, April 24, 2024

Serie A: Doppjetta ta’ Paulo Dybala tagħti rebħa lil Roma fuq Fiorentina

Aqra wkoll

Paulo Dybala skroja doppjetta fuq żewġ assists ta’ Timmy Abraham biex Roma għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 2-0.

Peró wieħed irid jgħid ukoll li l-Viola lagħbu għal aktar minn siegħa bi player inqas meta, fl-24 minuta, tkeċċa Dodo għal żewġ karti sofor. 

Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, il-Giallorossi fetħu l-iskor meta Abraham ikkontrolla b’sidru qabel għadda lejn Paulo Dybala li b’xutt minn barra l-kaxxa ma ta l-ebda ċans lil Pietro Terracciano jsalva. 

Fis-60 minuta, Roma resqu viċin li jirduppjaw iżda Zeki Celik ta l-illużjoni tal-goal meta t-tentattiv tiegħu laqat in-naħa ta’ barra tax-xibka. 

Madankollu, fit-82 minuta, huma aċċertaw ir-rebħa meta azzjoni personali ta’ Abraham spiċċat għand Paulo Dybala li kompla l-ballun għal ġox-xibka. 

Sport