Thursday, April 18, 2024

Paris St Germain megħluba fil-Kampjonat Franċiż

Aqra wkoll

Fil-kampjonat Franċiż, Paris Saint-Germain ġew sorpriż minn Rennes bl-iskor ta’ 1-0 biex Lens naqqsu l-vantaġġ f’ras il-klassifika għal tliet punti wara li nhar is-Sibt għelbu lil Auxerre bl-iskor ta’ 1-0. 

Minkejja li kellhom lil Lionel Messi u Neymar fil-formazzjoni inizjali, il-Pariġi tħabtu biex jittestjaw id-difiża ta’ Rennes. 

Fit-tieni taqsima huma daħħlu jilagħbu lil lil Kylian Mbappe u Achraf Hakimi biex isaħħu lit-team iżda ftit li xejn impenjaw lill-goalkeeper avversarji.

Anzi kienu Rennes li fetħu l-iskor, fil-65 minuta, meta Adrien Truffert qabe lil Hakimi u għadda lejn Hamari Traore li għeleb lil Gianluigi Donnarumma b’xutt fir-rokna tax-xibka.

B’goal minn taħt, il-Pariġini xeħtu kollox fuq l-attakk iżda ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja. 

Ekonomija

Sport