Wednesday, April 24, 2024

It-tennista Nick Kyrgios iħabbar li rtira mill-Australian Open

Aqra wkoll

It-tennista Awstraljan, Nick Kyrgios, ħabbar li rtira mill-Australian Open minħabba injury f’irkopptu … ġurnata qabel ma kellu jilgħab il-logħba tal-ftuħ tiegħu kontra r-Russu,  Roman Safiullin, proprju għada t-Tlieta.

Kyrgios esprima d-diżappunt tiegħu li mhux se jieħu sehem fit-tournament ta’ Melbourne. 

“Bla dubju ninsab diżappuntat minħabba li ppreparajt bis-sħiħ għal dan it-tournament li huwa wieħed mill-aktar importanti tal-karriera tiegħi.”

Meqjus bħala fost il-favoriti li jirbaħ it-titlu, Kyrgios ma ħassux tajjeb  waqt li kien qed jagħti wirja għall-karitá flimkien ma’ Novak Djokovic,  nhar il-Ġimgħa li għadda.

Il-fiżjoterapista tiegħu, Will Maher, qal li l-kundizzjoni ta’ Kyrgios ma kinetx se tkun tajba biex tirribatti għall-istrapazz ta’ dan il-logħob fuq l-ogħla livell. 

Aktar minn hekk, huwa se jkollu bżonn jiġi operat minħabba ċista li qed tikber fil-menisku tiegħu.

Sport