Thursday, November 21, 2024

Studenti barranin pożittivi għall-Covid-19 ripatrijati lura lejn Franza

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Illum wara nofsinhar, grupp ta’ studenti barranin li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 ġew ripatrijati lejn Franza b’titjira chartered lejn Charles de Gaulle. B’kollox fuq din it-titjira kien hemm 128 student. 

Minn dawn l-istudenti hemm min se jkompli l-perjodu ta’ kwarantina jew, f’każ ta’ bżonn, huma se jkunu qed jieħdu l-kura f’pajjiżhom.

It-titjira kienet operata mil-linja tal-ajru ASL Airlines France.

Huwa mifhum li din it-titjira ġiet organizzata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. 

Mal-200 student diġà ġew ripatrijati aktar kmieni din il-ġimgħa.

Sport