Żewġ studenti tal-primarja ddeċidew li jwasslu l-gratitudni tagħhom lejn il-Pulizija tal-lokalità tagħhom permezz ta’ messaġġ li sawruh f’ittra.
Iż-żewġt itfal, Beppe u Ibrahim, irringrazzjaw lill-uffiċjali illi minkejja li jkunu mħabbtin immens, u fi ġranet minnhom iżjed minn oħrajn minħabba l-avvenimenti li jkunu għaddejjin, qatt ma jonqsu milli jipprovdulhom serħan il-moħħ waqt il-ħinijiet tal-iskola.