Monday, December 9, 2024

Studenti jitħallew jistennew wara grada li baqgħet ma nfetħitx

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minkejja li l-aħbar li l-Prim Ministru sa tard ilbieraħ filgħaxija insista mal-MUT li l-iskejjel kollha tal-istat jiftħu l-bibien għall-istudenti kif previst, dalgħodu xi ġenituri spiċċaw indeċiżi x’se jagħmlu b’uliedhom biex ikunu jistgħu jmorru fuq xogħolhom.

Ritratti mibgħuta lil dan is-sit juru studenti jistennew wara l-bieb tal-iskola Primarja tal-Qawra li dalgħodu jidher li ttieħdet id-deċiżjoni li ma tiftaħx xorta waħda, b’numru ta’ tfal jitħallew lampa stampa wara l-grada.

Intant aktar tard waħda mill-ġenituri kitbet fuq il-midja soċjali tappella lill-ġenituri li bagħtu lil uliedhom bit-trasport jew wassluhom u komplew fi triqithom lejn ix-xogħol biex iħarsu s-saħħa ta’ uliedhom u jaraw li dawn ikunu siguri għax l-iskola imsemmija għażlet li ma tiftaħx.

Ekonomija

Sport