Studenti tas-Seminarju Minuri f’Għawdex jesploraw il-wirt storiku tax-Xewkija

Aqra wkoll

Studenti mis-Sacred Heart Minor Seminary kellhom l-opportunità jsiru jafu aktar dwar il-wirt storiku u kulturali tax-Xewkija waqt żjara edukattiva li saret dalgħodu bħala parti mill-proġett “Għawdex tikka tikka”.

Matul din l-esperjenza, l-istudenti kienu akkumpanjati f’dawra madwar ir-raħal, fejn żaru r-Rotunda tax-Xewkija u tgħallmu aktar dwar il-Mużew tal-Iskultura kif ukoll dwar l-istorja tal-knisja l-qadima.

Iż-żjara kompliet lejn il-Mitħna, qabel ma ntemmet fi Ġnien Ta’ Blankas, fejn l-istudenti u dawk li akkumpanjawhom qasmu ftit ikel flimkien.

F’messaġġ dwar din l-attività, is-Sindku tax-Xewkija Simona Refalo saħqet dwar l-importanza li jkun hemm impenn f’kull qasam tal-komunità, inkluż dak edukattiv, minkejja li dan mhux direttament taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Is-Sindku sostniet li, għalkemm ir-responsabbiltajiet jistgħu jiġu delegati, l-interess u l-impenn iridu jiġu mill-individwu nnifsu, filwaqt li wiegħed li se jibqa’ jagħti sehmu f’kull qasam għall-ġid tal-komunità.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport