Matul Lulju li għadda, seba’ persuni tilfu ħajjithom b’suwiċidju f’Malta, bl-etajiet tagħhom ivarjaw bejn l-14 u l-64 sena.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield fil-Parlament, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
Skont informazzjoni li ngħatat fil-Parlament, matul l-ewwel sitt xhur tal-2026 kienu ġew irreġistrati 19-il suwiċidju, filwaqt li matul l-2025 kollha kienu ġew irreġistrati 30 każ.
Min għandu bżonn għajnuna jew appoġġ emozzjonali jista’ jċempel il-Helpline tas-Saħħa Mentali fuq 1579, disponibbli 24 siegħa kuljum.
