Monday, December 23, 2024

Studenti universitarji bi tnaqqis fil-marki

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Università ta’ Malta iddeċidiet li tnaqqas il-marki lill-istudenti mill-Fakultà tal-Ekonomija, Management u l-Accountancy (FEMA) li nqabdu jiftehmu dwar wieħed mill-eżamijiet.

Wara li saret taf li kien hemm ‘screenshots’ fuq Facebook Messenger fejn fih numru ta’ studenti tkellmu flimkien dwar l-eżami “Quantitative Analysis for Business 1”, l-Università iddeċidiet li twaħħal lill-250 student li qagħdu għalih.

Madankollu wara lmenti li dan ma kienx ġust fuq dawk li ma kienux involuti fiċ-chat, id-Dekan tal-FEMA Profs. Frank Bezzina ġie inkariga biex jirrevedi d-deċiżjoni.

Flimkien miegħu fil-bord tad-dixxiplina li kellu jara x’ġara kien hemm ukoll il-Viċi Dekan Profs. Vincent Cassar u r-rappreżentant tal-istudenti Zane Camilleri.

L-istudenti involuti fiċ-chat ingħataw id-dritt jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom u wara li semahom il-bord mhux biss wissa formalment lil dawk li ftehmu bejniethom imma anke naqqsilhom il-marka skont kemm kienu involuti fiċ-chat.

Ekonomija

Sport