Friday, May 3, 2024

Il-Brażil japprova żewġ vaċċini u jibda l-proċess tat-tilqim kontra l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Infermiera hija l-ewwel persuna fil-Brażil li tlaqqmet kontra l-virus tal-Covid-19. Dan wara li ġew regolarizzati żewġ vaċċini; dak ta’ Astra Zeneca u Sinovac.

Il-proċess tat-tilqim fil-Brażil beda ftit tard meta kkumparat mas-sitwazzjoni tal-pandemija fil-pajjiż. Il-Brażil huwa t-tieni l-aktar pajjiż li kellu vittmi kawża tal-virus.

Il-President Brażiljan Jair Bolsonaro sa mill-bidu nett ma kienx qiegħed jieħu b’serjetà din il-pandemija u saħansitra spiċċa infettat bil-virus hu stess. Ilbieraħ kien l-ewwel jum minn fost dawn l-aħħar sitt ijiem li fih ġew reġistrati anqas minn 1,000 fatalità.

B’kollox il-persuni li mietu kawża tal-Covid-19 kienu jaqbżu l-200,000, liema ammont inqabeż biss mill-Istati Uniti. Il-Brażil kellu wkoll aktar minn 8.4 miljun infezzjoni konfermati u din l-istatistika tpoġġih fost l-aktar tliet pajjiżi li raw infezzjonijiet sa mill-bidu tal-pandemija. 

Sport