Sunday, December 22, 2024

Studju juri kif il-kundizzjonijiet newroloġiċi jaffettwaw kważi nofs il-popolazzjoni tad-dinja

Aqra wkoll

Kważi nofs il-popolazzjoni tad-dinja qiegħda tbati minn kundizzjonijiet newroloġiċi. Dan ġie skopert fi studju li sar riċenti.

Tim ta’ riċerkaturi internazzjonali sabu żieda sinifikanti ta’ mard bħall-emigranja, puplesija, il-marda ta’ Parkinson u d-dimensja, kif ukoll il-meninġite, f’dawn l-aħħar 30 sena. Dawn it-tip ta’ mard, fl-2021 ikkawżaw 11.1 miljun mewta.

Analiżi fl-istudju Global Burden of Disease, Injuries and Risk Factors uriet li l-ammont totali ta’ mewt kkawżata minn kundizzjonijet newroloġiċi, żdied bi ftit aktar minn 18% sa mill-1990.

Ir-riċerkaturi sabu wkoll li aktar minn 80% tan-nies li jmutu minħabba xi kundizzjoni newroloġika, il-maġġorparti tagħhom ikunu ġejjn minn pajjiż bi dħul baxx u medju.

Ekonomija

Sport