Studju ġdid juri li jekk persuna taqbad imneħirha ta’ spiss, dan jista’ jżid iċ-ċans li tiżviluppa l-marda ta’ Alzheimer. L-istess studju sab li l-infjammazzjoni fil-marda tal-Alzheimer, tista’ tkun ikkawżata minn mikrobi li jidħlu fil-moħħ permezz tax-xamm.
Barra minn hekk, ġie ddikjarat ukoll li l-istess marda hija marbuta ma’ infezzjonijiet li jkunu ġejjin minn mikrobi differenti, fosthom il-fungus.
Dawn il-mikrobi huma magħrufa li jikkawżaw infezzjonijiet fejn jistgħu jibqgħu jippersistu għal żmien twil mingħajr ma jikkawżaw sintomi ċari u li imbagħad b’konsegwenza patoloġiċi, dawn jidħlu fil-moħħ.
Il-Mayo Clinic, il-klinika medika Amerikana, tistma li fl-Amerika hemm madwar 6.5 miljun persuna li għandhom 65 sena jew aktar li jbatu mill-Alzheimer, b’aktar minn 70% tal-pazjenti għandhom 75 sena jew aktar.
Ġie rraputat li waħda mit-tagħlimiet li wieħed żgur ħa mill-pandemija tal-COVID-19 hija l-valur tal-iġene permezz tal-ħasil tal-idejn ta’ spiss bl-użu ta’ sanitizers. Irrapurtat ukoll li għalhekk dawk kollha li għandhom vizzju li jħammlu mneħirhom sabiex ma jibqgħux jagħmlu dan ħalli jitnaqqas ir-riskju ta’ mard