Sunday, November 24, 2024

Studju juri kif t-tniġġis tal-arja fit-tfulija huwa marbut mal-problemi tas-saħħa fil-pulmun tal-adulti

Aqra wkoll

Skont studju ġdid, it-tniġġis tal-arja li jittieħed fi żmien it-tfulija huwa wieħed mill-fatturi fis-saħħa tal-pulmun tal-adulti. L-oriġini ta’ dan l-istudju jmur lura għall-1992 meta r-riċerkaturi bdew jinvestigaw l-effetti tat-tniġġis tal-arja fuq gruppi ta’ tfal f’Kalifornja, b’xi wħud minn dawk li kienu tfal issa għandhom 40 sena.

Dr Erika Garcia u kollegi tagħha mill-Università f’Kalifornja ddeċidew li jagħmlu studju sabiex jaraw kif jekk it-tniġġis fl-arja taffettwax is-saħħa meta wieħed isir adult. B’kollox kien hemm madwar 1,300 persuna wieġbu u mlew kwestjonarji dettaljati dwar id-dħul tagħhom, l-istil tal-ħajja (inkluż it-tipjip), fejn jgħixu u dwar is-saħħa tagħhom. Dan kien imqabbel mas-saħħa tat-tfulija tagħhom u t-tniġġis tal-arja lokali meta kienu qed jikbru.

Mill-ewwel riżultati illi kisbu irriżulta li dawk li fit-tfulija kellhom aktar riskju ta’ tniġġis, kellhom probabbiltà ogħla ta’ sintomi relatati mal-bronkite. Din kienet l-aktar b’saħħitha għal dawk li żviluppaw problemi tal-ażma u tal-pulmun meta kienu għadhom żgħar.

Minn riżultati oħra, sabu li kienet teżisti relazzjoni bejn it-tniġġis tal-arja fit-tfulija u s-sintomi marbuti mas-saħħa tal-pulmun fl-adulti, għal nies li ma kellhomx problemi fil-pulmun meta kienu għadhom tfal.

Sport