Friday, May 3, 2024

“Stuprata minn ħamest irġiel armati u issa jien tqila… omm ta’ sitt itfal imma uliedi l-kbar sparixxew”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Jien kont stuprata minn ħamest irġiel armati. Issa jien tqila. Jien omm ta’ sitt itfal.  Wara l-attakk f’Gagaresh fil-Libja, uliedi l-kbar sparixxew”.

Din hi l-esperjenza xokkanti ta’ omm, li rrrakkontata fl-aħħar sigħat waqt protesti kontinwi li qed isiru fil-Libja minn għadd kbir ta’ immigranti minħabbas-sitwazzjoni ħażina li qed jgħixu fiha fil-Libja, fejn huma qed jitolbu li jkunu evakwati. Omm oħra tirrakkonta li “aħna sofrejna ħafna. Stupri. Tortura. Nuqqas ta’ ikel. Nuqqas ta’ għajnuna medika. Nixtiequ li nkunu evakwati mil-Libja. Dan mhux post sigur”. ll-protesti ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xahrejn.

Immigrant li tkellem ma’ dan is-sit qalilna li “dak li jiġi rrappurtat hu l-wasliet ta’ immigranti jew għarqiet. Fi Tripli hawn sitwazzjoni ta’ immigranti jorqdu barra. Is-sitwazzjoni fil-Libja hi terribbli. Għaddejjin minn persekuzzjoni sħiħa. Hawn min għeb u sparixxa. Ma smajniex bih aktar.”

L-istess immigrant qalilna li “nixtieq li twasslu l-karba tagħna. Il-karba mil-Libja. Mhux se nieqfu nipprotesaw.  Ma nistgħux nifhmu għaliex l-Ewropej qed jinjorawna”.

Jgħidilna li waqqfu organizazzjoni u din għandha manifest politiku.  Jgħidilna li “l-manifest tagħna jgħid ċar u tond li aħna refuġjati li ngħixu il-Libja. Ġejjin minn pajjiżi bħas-Sudan, Siera Leone, Chad, Uganda, Kongo, Burundi, Somalia, Eritrea u l-Etjopja. Ħrabna minn gwerer ċivili u persekuzzonijiet. Kellna nitilqu minn pajjiżna minħabba ċirkostanzi li ma kellniex kontroll fuqhom.  Irridu nmorru l-Ewropa. Ridna li ningħataw it-tieni ċans u għalhekk ġejna il-Libja. Hawn iżda spiċċajna ħaddiema moħbijin fil-Libja. Nibnu id-djar, insewwu l-karozzi, naħdmu fl-għelieqi, fid-djar tal-Libjani u anke inpoġġu satelliti fid-djar tagħhom. Dan imma jidher li mhux biżżejjed għal Libjani. Iridu jikkontrollaw il-ġisem tagħna.  Qed niffaċċjaw torturi, stupri, ħtif, detenzjoni arbitrarja u aktar.”

“Nippruvaw naħarbu mil-Libja imma l-Gwardji tal-Kosta Libjani qed jinterċettawna u jeħduna lura  l-Libja. Dan qed isir b’fondi Ewropej. Wara nispiċċaw f’ħabsijiet jew f’kampijiet ta’ detenzjoni f’kundizzjonijiet inumani. Qed nippruvaw insemmgħu leħinna imma ħadd mhu jagħti kasna.  Xahrejn u nofs ilu l-awtoritajiet u sudati ġew f’Gargaresh u għamlu rejd fuqna.  Eluf kienu arrestati. Tefgħihom f’detenzjoni. It-talbiet tagħna huma li nkunu evakwati lejn post sigur.  Qed nitolbu li ssir ġustizzja mar-refuġjati u dawk li qed ifittxu ażil. Irridu li l-Libja tiiffima u tirratifika l-Konvenzjoni għar-Refuġjati tas-sena 1951.”

L-immigrant qalilna li “qed nitolbu bil-ħniena lill-Ewropej jisimgħu t-talbiet tagħna”. 

Sport