“Stuta” – installazzjoni artistika ġdida ta’ Austin Camilleri fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Aqra wkoll

Il-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta qed jilqa’ installazzjoni artistika temporanja ġdida tal-artist Malti Austin Camilleri, bit-titlu “Stuta”.

Ix-xogħol, li jinsab għall-wiri fil-Kappella tal-Lingwa ta’ Aragona, Katalunja u Navarra, huwa parti mill-proġett ta’ arti kontemporanja “Allegoria”, imtella’ minn RECOOP u kkurat minn Andrea Depasquale.

L-installazzjoni hija magħmula minn materjal li nġabar waqt ir-restawr tal-monument funebri tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner bejn l-2006 u l-2008. In-nugrufun u r-residwi li nġemgħu matul is-snin inbidlu f’xema’ u ngħataw sura ġdida f’mantell imdendel.

Permezz ta’ dan ix-xogħol, Camilleri jistieden lill-pubbliku jirrifletti dwar il-poter, il-memorja, id-dgħufija umana u l-isfruttament tal-bniedem, filwaqt li joħloq djalogu bejn l-arti kontemporanja u l-wirt storiku tal-Konkatidral.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport