Wednesday, July 24, 2024

Subbuteo: Bormla SC jasal sal-finali tal-Grand Prix ta’ Messina

Aqra wkoll

Il-klabb tas-subbuteo ta’ Bormla wasal sal-finali tal-Grand Prix ta’ Messina f’finali qrib ħafna li fiha tilef kontra Barcelona 1-2 biex wasal sal-finali. Bormla rebħu grupp 1 bħala seed Numru 3 fil-klassifika tat-timijiet tad-Dinja bħala l-uniku tim barrani minn 13-il parteċipant Taljan ieħor. Rebħa ta’ 3-0 kontra Cosenza B u rebħa ta’ 3-1 kontra Catania u telfa ta’ 1-2 kontra Messina rawhom jirbħu l-grupp u direttament għas-semi finali fejn iltaqgħu ma’ Reggio Calabria u rebħu rebħa ta’ 3-0 u passaġġ sal-finali u midalja prestiġjuża tal-fidda u podju ieħor importanti.

It-tim kien kompost minn Jason Pisani, George Ebejer, John Zammit, Josef Camilleri u Thomas Ebejer. 

Is-Sibt fl-individwali  Thomas Ebejer kien fi klassi ghalih meta rebaħ il-kategorija ta’ taħt l-20 sena u Jason Pisani ddomina l-kategorija tal-veterani f’rebħa finali ta’ 3-2 kontra Torano fil-ħin barrani, b’John Zammit jasal sas-semi finali. Fil-Kategorija Open George Ebejer wasal sas-semi-finali u tilef biss mar rebbieħ Sciacca.

Dan it-tournament ġie finanzjat b’għajnuna minn skema internazzjonali minn SportMalta u Bormla SC jixtiequ jirringrazzjaw lil VisitMalta Explore more, Fondazzjoni Kottonera, ECJS, Euro Club Hotel, Mykonos by Yiamas u Cospicua Dynamos. Bormla Subbuteo Club jikkompetu fil-Major ta’ Ateni fil-Greċja fi tmiem Ġunju u f’Ludwisburg fil-Ġermanja għall-Grand Prix f’nofs Lulju.

Ekonomija

Sport