Monday, April 7, 2025

Suċċess għal Alister Camilleri fil-Kampjonati tal-Hyrox ta’ taħt l-24 Sena f’Washington – Atleta ewlieni tal-Hyrox f’pajjiżna

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Fil-jiem li għaddew, Alister Camilleri, irrapreżenta lil pajjiżna meta kkompeta fil-Hyrox North American Championships li saru f’Washington, l-Istati Uniti.

Camilleri rnexxielu jispiċċa fis-sitt post tal-kategorija ta’ taħt l-24 sena. Intant, fil-kategorija overall tal-irġiel, huwa rnexxielu jtemm fit-62 post, f’kompetizzjoni li fiha ħadu sehem ‘il fuq minn 1500 atleta. Camilleri rnexxielu jagħmel wieħed mill-aqwa ħinijiet fil-ġiri wkoll.

Camilleri huwa onorat li għal darb’oħra rrappreżenta lil pajjiżna barra minn xtutna, din id-darba aktar u aktar għax fuq livell internazzjonali.

Dan is-sit tkellem ma’ Alister Camilleri nnifsu, fejn tana iktar dettalji.

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Hyrox?

Madwar sena ilu kont bdejt nittrenja ma’ gym sempliċiment biex nagħmel xi ħaġa u niċċaqlaq ftit u kellhom sessjonijiet tal-Hyrox li kienu bdew jogħġbuni. Wara ftit kienu telgħin l-Italja jikkompetu u ddeċidejt li nitla’ magħhom għall-esperjenza iżda għoġbitni wisq u minn hemm bdejt nieħdu aktar bis- serjetá u bdejt nipprepara ruħi minn kull aspett għal ċerti tlielaq.

Fil-jiem li għaddew ksibt suċċess fil-Kampjonati tal-Hyrox ta’ taħt l-24 Sena f’Washington fl-Istati Uniti. Agħtina iktar dettalji.

Hekk hu, proprju fil-jiem li għaddew, kont qed nikkompeti fin-North American Championships ġewwa Washington DC li kienet waħda mit-tlielaq l-aktar importanti f’dan l-istaġun u kont ili nipprepara għaliha minn xhur qabel. Ksibt is-sitt post fil-kategorijja tal-Under 24 u ġejt fost l-ewwel għaxar atletli fil- kategorija tiegħi. Totali kien hemm ‘il fuq minn 1500 atleta u atmosfera sabiħa wisq!

Barra dan is-suċċess, x’suċċessi maġġuri oħra ksibt fil karriera tiegħek sa issa?

Matul is-sena jkolli ħafna aktar tlielaq f’diversi pajjiżi l-aktar fl-Italja, Spanja, il-Polonja, u Franza u dan ix-xahar ikkompetejt ukoll f’Houston, Texas. Dawn l-aħħar xhur qlibt ukoll fil-kategorija tal-PRO fejn ġejt fit-raba’ post ġewwa Poznan kif ukoll f’Katowice fil-Polonja. 

Kif tqis il-livell tal-Hyrox f’pajjiżna fil-preżent?

F’pajjizna għandna ħafna atleti tajbin f’dan l-isport … għandna atletli li kapaċi jiksbu riżultati tajbin.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-Hyrox?

Jiena għadni żgħir u bħalissa qiegħed nikkompeti fl-iżgħar kategorija u nemmen li għandi u baqagħli ħafna fejn nikber f’dan l-isport.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-Hyrox.

L-isport huwa sabiħ ħafna f’livell kompetittiv! Iżda huwa sabiħ wkoll biex iżżomm ruħek fit u san u huwa tajjeb ukoll għal min għadu jibda jew jixtieq jibda jagħmel xi ħaġa biex iżomm ruħu fit!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport