Sunday, December 22, 2024

Suldat Ukren jiddeskrivi l-esperjenza orribli tal-gwerra u jirringrazzja lil martu li żammitu ħaj 

Aqra wkoll

Li tmur tiġġieled f’isem pajjiżek huwa ta’ unur għal bosta Ukreni u anke Russi, iżda xejn mhu faċli meta tirrealizza li minħabba l-istess gwerra li ġġilidt fiha, spiċċajt issofri l-konsegwenzi. 

Din kienet l-esperjenza ta’ Serhiy, wieħed mis-suldati Ukreni, li hekk kif kien qiegħed jiċievi l-kura fi Sptar fi Kyiv, induna li la seta’ jara, la jitkellem u lanqas iħoss in-nervituri ta’ saqajh, iżda li seta’ jisma leħen martu Valeria.

Huwa rrakonta l-esperjenza tiegħu f’podcast mill-BBC. Iddeskriva kif minħabba li kellu tubu fi grżmejh, kien ta’ spiss jippanikja u jaqta n-nifs. Serhiy qal li kliem matu kienu jinkoraġġuh biex ma jaqta’ qalbu qatt u jibqa’ jiġġieled l-isfidi li kien għaddej minnhom. 

Serhiy li għandu 27 sena, spjega kif sofra minn ġrieħi katastrofiċi wara li l-vettura tiegħu laqtet minjiera Russa. Kawża tal-istess splużjoni, spiċċa kiser is-sinsla tad-daharu, weġġa’ imnieħru, kellu ferita kbira f’moħħu, ħruq gravi u ksur fiż-żewġ riġlejn t’isfel. 

Għalkemm il-koppja kienu diżappuntati għal dak li ġralhom u li għaddew minnu,  huma qed jittamaw għall-futur. Serhiy qal li issa jrid iqatta’ ħajtu jgħin lil sħabu s-suldati midruba.

Ekonomija

Sport