SLIEMA W………… 1
FLORIANA………… 1
(Sliema W. 6-5 bil-penalties)
Fit-tieni semi-finali tal-Pre-Season Summer Cup 2024, Sliema Wanderers għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 6-5 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1.
Kien il-captain HENRIQUE MURILO li fetaħ l-iskor għall-Wanderers kmieni fil-partita eżattament fl-14-il minuta.
Iżda l-akkwist il-ġdid ta’ Floriana u ex player ta’ Hamrun Spartans, FRANKLIN SASERE, li kien ilu biss 17-il minuta fil-ground, ġab l-iskor indaqs għall-Greens fil-75 minuta.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-ħin regolamentari, u b’hekk il-partita marret direttament għall-penalties, bil-Wanderers finalment joħorġu rebbieħa.
B’hekk huma se jaffrontaw lil Hamrun Spartans fil-finali ta’ nhar is-Sibt fl-Istadium Nazzjonali, bil-ħin tal-kick-off għad irid jiġi skedat.
Dan wara li fl-ewwel semi-finali l-Ispartans għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 4-3 wara l-għoti tal-penalties.
Sliema W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 9-Vito Plut (97-Jonata De Oliveira Bastos 65), 11-Myles Beerman (10-Samuel Gomes Da Mata 60), 21-Neil Frendo, 22-Cain Attard, 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Edwin Acheampong (88-Stanley Ohawuchi 83), 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani, 77-Mohamed Awad (7-Adam Magri Overend 60) Coach: Paul Zammit
Floriana: 99-Nemanja Andrijanic, 4- Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji (8-Jake Grech 58), 11-Thiaguinho, 12-Dunstan Vella, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (17-Owen Spiteri 78), 70-Fernando Augusto Rodrigues De Araujo, Aleandro Garzia, Serge Guy Yameogo (55-Alexandros Kouro 78), Anthony Obonogwu (27-Franklin Sasere 58) Coach: Darren Abdilla
Referee: Ezekiel Barbara
Ass. Referees: Kurt Saliba, Jareth Grima
Raba’ Uffiċjal: Jo-Anna Vassallo
Skorers: H. Murilo 14 (S), F. Sasere 75 (F)
Ammoniti: Ħadd