Swieqi United LEC07 dawru telfa f’rebħa sabiex għelbu liċ-champions attwali Lija Athletics 2-1 fl-ewwel finali tal-Enemed Women’s Futsal League.
Lija kienu tajbin fl-ewwel taqsima hekk kif skorjaw il-gowl tal-vantaġġ iżda fit-tieni taqsima, Swieqi ħarġu tajjeb u wara li ġabu l-iskor indaqs, irnexxielhom saħansitra jiskorjaw il-gowl tar-rebħa.
Kienet Hailey Russell li poġġiet lil Lija minn fuq fit-23 minuta sabiex fit-tieni taqsima, Amy Abdilla skorjat freekick mill-isbaħ qabel ma’ Jasmine Vella Turner kienet sfortunata li skorjat awtogowl.
Iż-żewġ naħat jiltaqgħu fit-23 ta’ April li ġej għat-tieni finali u jekk Swieqi jirbħu, jiġu dikjarati champions għal dan l-istaġun. Jekk eventwalment jirbħu Lija, ikun hemm bżonn it-tielet finali li tintlagħab fit-30 t’April, dejjem fil-Padijun ta’ De La Salle fil-Birgu.
Lija Athletics: Rachelle Borg, Leanne Micallef, Hailey Russell, Jasmine Vella Turner, Nell Zarb Cousin, Tove Ronneback, Corinne Falzon, Izabella Camilleri, Daniela Rativa, Ruth Steer Cheetham, Juciela Vale, Martina Cortis.
Swieqi United LEC07: Emma Grech, Krista Montfort, Audrienne Chetcuti, Claire Saliba, Michela Felice, Demi Magrin, Natalya Silvestre, Sammy Jo Barbara, Amy Abdilla, Vanessa Carneiro, Kate Galea, Janice Spiteri.
Referee 1: Clinton Cassar
Referee 2: Andrea Naudi
Referee 3: Stefania Bonnici.