Friday, December 20, 2024

Ta r-rigali li qala’ f’għeluq sninu lit-tfal ta’ Puttinu

Aqra wkoll

Iċ-ċkejken Ben Ciantar għażel li jagħti r-rigali li qala’ f’għeluq sninu bħala donazzjoni lill-pazjenti ta’ Puttinu sabiex huma wkoll ikollhom raġuni għal xiex jifirħu.

Ġest bħal dan, l-iżjed għas-sinifikat emozzjonali, meta għandek tifel li għadu kemm qassam dak li rċieva lil tfal oħra tal-istess età tiegħu, żgur li se jkun apprezzat mit-tfal u l-familjari tagħhom u jtaffilhom xi ftit il-morr li taf toffri l-ħajja.

Jalla jkompli jissaħħaħ dan il-ġest li sa minn età bikrija nrawmu lil uliedna b’valuri b’saħħithom bħalma huma l-ġenerożità u s-solidarjetà ma’ dawk ta’ madwarna.

Ekonomija

Sport