Saturday, December 21, 2024

Ta’ sentejn sabulu tumur fil-kliewi… illum ġuvni gradwat

Aqra wkoll

Baqa’ biss ġurnata għall-maratona ta’ Puttinu Cares u fl-aħħar sigħat l-istess Puttinu baqa’ jippubblika diversi stejjer ta’ uħud mill-persuni li kellhom bżonn l-għajnuna tagħhom. L-istejjer ta’ ispirazzjoni ma naqsux u dan kollu juri kemm tassew Puttinu Cares jaħdem b’imħabba u dedikazzjoni lejn il-pazjenti. 

Waħda mill-aħħar stejjer li qasmu fuq il-midja soċjali kienet l-istorja ta’ Isaac li fl-età tenera ta’ sentejn kienu sabulu tumur fil-kliewi. Minħabba f’hekk kellu jsiefer l-Ingilterra u dak iż-żmien ma kienx hemm l-għajnuna ta’ Puttinu.

Illum il-ġurnata Isaac sar ġuvni, għandu 22 sena u gradwat fl-istrategic management and digital marketing. 

Puttinu qal li l-familja tiegħu ilha 20 sena dejjem tipparteċipa bħala voluntiera f’Puttinu u għada Isaac se jkun qed jissaportja lil Puttinu waqt il-maratona ġbir ta’ fondi fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni.

Ekonomija

Sport