Saturday, May 4, 2024

Tliet persuni fosthom tifla ta’ 12-il sena l-Isptar wara inċident f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Tliet persuni, fosthom tifla ta’ 12-il sena, ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45a.m. fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan. 

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi, b’waħda minnhom, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 48 sena minn Birżebbuġa, spiċċat inqalbet b’konsegwenza tal-impatt. Flimkien mal-mara ta’ 48 sena kien hemm tifla ta’ 12-il sena. Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn mara ta’ 57 sena minn San Pawl il-Baħa.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna. 

Aktar tard, il-mara ta’ 57 sena ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tifla u l-mara l-oħra ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport