Friday, December 27, 2024

Ta’ tliet snin mistennija jkollha biżżejjed għal depożitu ta’ dar

Aqra wkoll

Ritratti: @eliselily_/Instagram)

Din hija Elise Prior, influencer ċkejkna iżda b’suċċess kbir tqis l-età tagħha. Fil-fatt hija rnexxielha tikseb aktar minn 20,000 segwaċi fuq Instagram u grazzi għas-suċċess permezz tal-midja soċjali, hija mistennija jkollha biżżejjed flus għal depożitu għal xiri ta’ propjetà.

Ommha, Sophie How li għandha 28 sena, bdiet tippubblika ritratti tat-tifla tagħha, minn Maidenhead, Berkshire, meta kellha biss sitt xhur. Hija qalet li kienet tarbija sabiħa u ddeċidiet li tiftaħ il-kont biex tkun tista’ taqsam ir-ritratti tagħha ma’ ommijiet oħra.

Minn dakinhar, iċ-ċkejkna bdiet tirċievi rispons minn kumpaniji popolari bħal Zara, Next u M&S biex tieħu sehem f’kampanji tal-ħwejjeġ tat-tfal.

Fuq il-profil ta’ Elise, li għandha tliet snin, hemm bosta ritratti tagħha liebsa ħwejjeġ differenti. Skont il-kalkoli ta’ ommha, il-gwararobba tagħha mimlija minn dawn il-ħwejjeġ tiswa £2,000.

Minikejja li rċeviet xi kritika, Sophie tgħid li l-flus li qed taqla’ Elise, qed tpoġġihom f’kont biex tkun tista’ tfaddal u b’hekk iċ-ċkejkna jkollha biżżejjed għal depożitu għal xiri ta’ dar.

It-tifla ħadmet ma’ diversi kumpaniji fosthom M&S, Zara, Asda, Matalan, River Island, Sainsburys u The White Company.

Ekonomija

Sport