Saturday, May 4, 2024

Covid-19: 42 każ ġdid u jfiqu 36

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,247 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 42 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 36 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi huma 687.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 36 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tlieta li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 437 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 793,015 doża. Minn dawn 411,748 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 410,532 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport