Thursday, May 16, 2024

Table Football : Samuel Bartolo jirbaħ il-Major ta’ Frameries 2024

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġewwa l-Belġju ġie organizzat il-Major ta’ Frameries 2024. Dan huwa tournament ferm prestiġjuż.

Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali u Samuel Bartolo plejer ta’ Valletta Subbuteo Club rebaħ il-kategorija Open. Dan wara li fil-finali għeleb lill-plejer numru wieħed tad-dinja Carlos Flores Lopez bl-iskor ta 3-1. Plejer ieħor ta’ Valletta Subutteo club, Pascal Scheen wasal sal-aħħar 16, filwaqt li Mark Gauci u Jurgen Balzan waslu sal-aħħar 32.

Il-Ħadd kien hemm il-kompetizzjoni tat-timijiet. Valletta Subutteo club li kienu ffurmati mill-captain Samuel Bartolo, Mark Gauci, Jurgen Balzan, Pascal Scheen u Massimiliano Nastasi waslu sas-semi-finali.

Fil-kwarti tal-finali lagħbu kontra tim Franċiż FT Caen fejn rebħu bl-iskor ta 2-2 b’differenza ta’ gowls. Fis-semi-finali ġew megħluba mit-tim Taljan Napoli Eagles bl-iskor ta’ 1-2.

Sport