It-timijiet Maltin taż-żgħażagħ temmew l-impenji tagħhom fil-kampjonat Ewropew organizzat mill-European Table Table Union li din is-sena sar fil-belt Żvediża ta’ Malmo.
Ilbieraħ iż-żgħażagħ Maltin kienu impenjati fil-kategoriji tas-singles u d-doubles fejn b’xorti ħażina sfaw eliminati mill-fażijiet eliminatorji. L-iktar plejer li kellu logħba tajba kien Oliver Farrin Thorne li rebaħ żewġ sets kontra Philip Theisen għalkemm fl-aħħar mill-aħħar ħareġ tellief 3-2.
Il-Maltin kienu rrappreżentati minn plejers fil-kategoriji ta’ taħt il-15-il sena, taħt id-19-il sena kemm subien kif ukoll bniet.
Under 15 Subien – Neil Incorvaja, Oliver Farrin-Thorne, Matthew Zammit
Under 19 Irġiel – Luke Bonello, Luke Fenech, Sebastian Farrin-Thorne
Under 19 Nisa – Anthea Cutajar, Rachel Mifsud, Alice Mariani.
Sadanittant dawn kienu r-riżultati kollha tal-aħħar logħbiet tal-bieraħ:
ANTHEA CUTAJAR/RACHEL MIFSUD vs Xijin Zheng/Tanya Misconi (Olanda) 0-3
Jelena Mrden (Bożnja)/ALICE MARIANI vs Nathalie Maria Freij/Nellie Franzen (Żvezja) 1-3
Kailun Yuan/Kieran Walker (Skozja) vs LUKE BONELLO/LUKE FENECH 3-0
Frank Thomas Turi (Estonja) vs NEIL INCORVAJA 3-0
Marco Cisarik (Slovakkja) vs MATTHEW ZAMMIT 3-1
Philip Theisen (Lussemburgu) vs OLI FARRIN THORNE 3-2
Aleks Kozelj (Slovenja) vs SEBI FARRIN THORNE 3-0
Camelia Merenco (Maċedonja) vs ALICE MARIANI 3-0
Nina Darovcova (Slovakkja) vs RACHEL MIFSUD 3-0
Dusica Todorovic (Serbja) vs ANTHEA CUTAJAR 3-0
Larry Trumpauskas (Ingilterra) vs LUKE BONELLO 3-0
Dusan Pavlovic (Serbja) vs LUKE FENECH
OLI FARRIN THORNE/SEBI FARRIN THORNE vs Tobias Tischberger/Benjamin Girlinger (Awstrija) 0-3
Kirils Terentjevs/Arturs Luks (Latvja) vs NEIL INCORVAJA/MATTHEW ZAMMIT 3-1