Tuesday, September 24, 2024

Table-tennis: Kim Taehyun f’parteċipazzjoni prestiġġjuża fiċ-Ċina

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ MITTC Kim Taehyun se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fit-turnew WTT China Smash li se jsir fil-belt Ċiniża ta’ Beijing. Dan hu avveniment organizzat mill-World Table Tennis fejn jieħdu sehem l-aqwa plejers f’dan l-isport.

Taehyun kiseb din il-kwalifikazzjoni wara l-aħħar riżultati li kiseb fil-finali tad-doubles fejn flimkien mal-kollega tiegħu Vincent Picard spiċċaw fit-tieni post tal-World Table Tennis Contender. Hu saħansitra ikkwalifika għall-polza ewlenija tad-doubles fejn qabeż plejers aktar rinomati li kisbu xi midalji fl-Olimpijadi ta’ Pariġi.

It-turnew se jibda nhar il-Ħamis 26 ta’ Settembru u jibqa’ sejjer sas-6 t’Ottubru li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport