Wednesday, September 9, 2026
Home Sport US Open: Frances Tiafoe jwettaq rimonta u jegħleb lil Alex Michelsen

US Open: Frances Tiafoe jwettaq rimonta u jegħleb lil Alex Michelsen

0
47

Frances Tiafoe wettaq rimonta spettakolari biex għeleb lil sieħbu Amerikan Alex Michelsen u għadda għas-semi-finali tal-US Open. 

Tiafoe, li kien is-seed numru 11, tilef l-ewwel żewġ sets u kien ukoll break minn taħt fit-tielet set. 

Michelsen, li kien qed jilgħab l-ewwel kwarti-finali tiegħu fi Grand Slam, kien qed jikkontrolla l-logħba, iżda Tiafoe beda jibdel  l-andament tal-logħba meta rkupra minn 5-3 fit-tielet set, waqt li Michelsen kien qed iservi għal-logħba. 

Wara diversi breaks u tibdiliet fil-momentum, Tiafoe rebaħ it-tie-break finali ta’ 10 punti u kiseb rebħa ta’ 5-7, 3-6, 7-5, 6-3, 7-6. Il-logħba damet erba’ sigħat u 38 minuta. 

Din hija t-tielet darba f’ħames snin li Tiafoe kkwalifika għas-semifinali tal-US Open. Issa se jilgħab kontra Carlos Alcaraz jew Ben Shelton. 

Tiafoe, ta’ 28 sena, qed jittama li jilħaq il-finali għall-ewwel darba. Huwa attribwixxa s-suċċess tiegħu għal bidla kbira fil-mentalità, fir-rutina u fix-xogħol fiżiku. 

Wara kritika fil-passat dwar l-impenn tiegħu, Tiafoe żied il-ħidma fil-gym u sar aktar konsistenti. Din il-bidla tidher li qed tagħti l-frott f’dan it-tournament.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here