Wednesday, September 9, 2026
Home Sport Player ta’ Borussia Dortmund jittieħed b’urġenza l-isptar wara li kkollassa fil-logħba kontra...

Player ta’ Borussia Dortmund jittieħed b’urġenza l-isptar wara li kkollassa fil-logħba kontra Villarreal

0
39

Konstantinos Karetsas, il-player ta’ 18-il sena ta’ Borussia Dortmund, ittieħed l-isptar wara li sofra minn problemi fiċ-ċirkolazzjoni waqt il-logħba taċ-Champions League kontra Villarreal. 

Karetsas kellu joħroġ mill-ground wara biss 27 minuta. Huwa deher jagħti l-ballun lil sieħbu qabel ma poġġa bilqiegħda fuq il-ħaxix minħabba li ma kienx qed iħossu tajjeb. It-team mediku ta’ Dortmund daħal jassistih u aktar tard Karetsas kellu jinħareġ fuq stretcher. 

Il-club ikkonferma li l-player kien qed ibati minn problemi fiċ-ċirkolazzjoni u qal li kien jinsab tajjeb skont iċ-ċirkostanzi, waqt li kien sejjer l-isptar għal aktar eżamijiet. 

Rapporti fil-Ġermanja qalu li Karetsas kien tilef it-taħriġ tat-Tnejn minħabba għejja. Huwa ngħaqad ma’ Dortmund dan is-sajf mingħand Genk għal madwar £27 miljun. 

Sfortunatament, sieħbu Grieg Giannis Konstantelias sofra injury fil-ligament ACL fid-debutt tiegħu. 

Ethan Nwaneri, misluf mingħand Arsenal, daħal minflok Karetsas kontra Villarreal. 

Dortmund rebħu 3-2 grazzi għal żewġ goals ta’ Serhou Guirassy fl-aħħar għaxar minuti, wara li Renato Veiga skorja auto-goal u Santiago Mourino kiseb id-draw għal Villarreal. Guirassy aktar tard skorja wkoll auto-goal fil-ħin miżjud

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here