Saturday, December 21, 2024

Table-Tennis: Maltin se jieħdu sehem fil-Parkinsons World Championships

Aqra wkoll

Erba’ plejers tat-table tennis qed jieħdu sehem fil-ħames edizzjoni tal-Ping Pong Parkinsons World Championships li qed issir fil-belt Slovena ta’ Lasko.

Fil-fatt, Adrian Casha, Frans Barbara, Anna Tabone u Ralph Accarino qed jipparteċipaw f’dan it-turnew u huma akkumpanjati mill-kowċ Katia Mifsud.

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa kien hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ b’Adrian Casha li żamm il-bandiera Maltija.

Fl-aħħar riżultati, Adrian Casha spiċċa t-tieni fil-grupp tiegħu wara tliet rebħiet kontra Joachim Oetkin (3-0), Franjo Vesligaj (3-2) u George Straeten (3-1) għalkemm tilef 3-0 kontra Frank Darwin.

Ralph Accarino u Francis Barbara spiċċaw fir-raba’ post tal-grupp rispettiv tagħhom. Accarino rebaħ lil Mario Muller (3-1) u lil Frans Jurkovic (3-1) filwaqt li tilef 3-0 kontra Christian Nierzwicki u Marco di Lena.

Barbara għeleb lil Rainer Poller 3-0 u Dazen Nofta 3-1 għalkemm tilef lil Corrado Latino u Olaf Dietrich bl-iskor identiku ta’ 3-0 u kontra Anton Trontelj 3-1.

Mill-banda l-oħra, il-parteċipanta Maltija l-oħra Anna Tabone lagħbet fid-doubles mal-Ġermaniża Anita Schultz u kkwalifikat għar-round prinċipali.

Il-logħob ikompli llum fejn il-plejers Maltin jerġgħu jkunu fl-azzjoni.

Ekonomija

Sport