Saturday, May 18, 2024

Table-tennis: MITTC B. jiksbu rebħa fil-konfront dirett kontra Academy WH ME

Aqra wkoll

MITTC Butterfly jiksbu rebħa fil-konfront dirett kontra HITT Academy WH Middle East

MITTC Butterfly kisbu rebħa importanti fil-kampjonat nazzjonali tat-table tennis meta għelbu lil-leaders HITT Academy WH Middle East 4-2 fl-isfida diretta tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika.

Fl-iktar logħbiet kruċjali minn dan il-konfront, Daniel Bajada għeleb lil Gabriel Grixti 3-2 filwaqt li Omar Bedair rebaħ lil Isaac Grixti u Conrad Puli 3-0.

B’hekk MITTC Butterfly jinsabu biss żewġ punti bogħod mill-quċċata bil-grupp tal-promozzjoni tal-Ewwel Diviżjoni li qed isir dejjem iktar interessanti.

F’aktar logħbiet, Topspin TT Academy Valletta Pay Andro għelbu lil HITT Academy Tibhar 4-2 filwaqt li HITT Academy Mosta Dome B & B kisbu rebħa faċli ta’ 5-1 kontra MITTC Butterfly Dignics.

Fil-grupp tar-relegazzjoni, Alpha Gewo u Mosta Gunners kisbu rebħiet tajba ta’ 4-2 kontra Topspin TT Academy Valletta Pay Roxon u ta’ 5-1 kontra Alpha Calleja Ltd rispettivament.

Fit-tieni diviżjoni, il-leaders Alpha Alberta Group għelbu lil PBC Table Tennis Bluefire 4-2 b’Topspin TT Academy Valletta Pay Fraser li kisbu l-istess skor kontra HiTT Academy Valletta.

Topspin TT Academy Valletta Pay Hexer xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil MITTC Butterfly Superchak 4-3.

Mill-grupp tar-relegazzjoni tal-istess diviżjoni, PBC Table Tennis Bluefire għelbu lil Top Spin TT Academy Pay Novacell 4-2 filwaqt li HiTT Academy Evolution għelbu lil Alpha Flexxon 5-1.

Dawn kienu r-riżultati mid-diviżjonijiet l-oħra:

It-Tielet Diviżjoni – Grupp tal-Promozzjoni

Alpha Dynatec – Kindred 6-0

Alpha Sensus – HiTT Academy Knights 6-0

HiTT Academy Sports Experience – Topspin TT Academy Valletta Pay Munro 5-1

It-Tielet Diviżjoni – Grupp tar-Relegazzjoni

HiTT Academy Masters – Topspin TT Academy Skelton 3-4

HiTT Academy 5Q MITTC Tenergy 4-3

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp tal-Promozzjoni

PBC Table Tennis Bluestorm – Sharp Shot Academy Petrolea 1-5

Topspin TT Academy Kanter – Alpha Firebolt 1-5

Alpha Youths – Sharp Shot Academy Flick 4-2

Sharp Shot Academy XIOM – Sharp Shot Academy Playmobil 4-2

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp ta’ klassifikazzjoni

Sharp Shot Academy Novus – Alpha Nexxus 3-4

HiTT Academy Midea – MITTC Butterfly Mizuno 2-4

HiTT Academy Faraxa – Topspin TT Academy Beta 4-2

MITTC Butterfly ZLC – Sharp Shot Academy Omega 1-5

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI – CHAMPIONSHIP POOL

HITT Academy WH Middle East 37, MITTC Butterfly 35, Top Spin TT Academy Valletta Pay Andro 33, HITT Academy Mosta Dome B & B 31, MITTC Dignics 25, HITT Academy Tibhar 23.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI – RELEGATION POOL

Alpha Gewo 25, Top Spin TT Academy Valletta Pay Roxon 21, Alpha Calleja Ltd 20, HITT Academy Home Trends 16, Mosta Gunners 14.

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI – CHAMPIONSHIP POOL

Alpha Alberta Group 43, Top Spin TT Academy Pay Hexer 39, PBC Table Tennis Bluegrip, MITTC Butterfly Super Chak 37, Top Spin TT Academy Valletta Pay Fraser 31 , HITT Academy Valletta 29.

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI – RELEGATION POOL

HITT Academy Legends 30, HITT Academy ITX 28, PBC Table Tennis Bluefire 26, Top Spin TT Academy Valletta Pay Supercores 25, Top Spin TT Academy Valletta Pay Novacell, HITT Academy Evolution 19, Alpha Flexxon 17.

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI

GRUPP TAL-PROMOZZJONI

HITT Academy Sports Experience 40, Alpha Dynatec, Alpha Sensus 38, Kindred 34, Top Spin TT Academy Pay Munro 26, HITT Academy Knights 24.

GRUPP TAR-RELEGAZZJONI

Alpha Codex, Top Spin TT Academy Skelton 28, HITT Academy Masters 26, HITT Academy 5Q 20, MITTC Tenergy 18, Top Spin TT Academy Omagaed 16.

KLASSIFIKA – IR-RABA’ DIVIŻJONI

GRUPP TAL-PROMOZZJONI

Sharp Shot Academy Xiom 18, Sharp Shot Academy Playmobil 16, Sharp Shot Academy Petrolea 14, Alpha Firebolt, Alpha Youths 12, PBC Table Tennis Bluestorm 10, Sharp Shot Academy Flick 8, Top Spin TT Academy Kanter 6

GRUPP TA’ KLASSIFIKAZZJONI

MITTC Butterfly Mizuno 16, Sharp Shot Academy Omega 15, HITT Academy Midea 13, Sharp Shot Academy Novus , MITTC Butterfly ZLC 10, HITT Academy Kyte Consultants, Alpha Nexus 9 , HITT Academy Faraxa 8, Top Spin Academy Beta 7.

Sport